![]() Kwizz 1. Iż-żrinġijiet jippreferu jgħixu: (a) fuq l-art (b) fl-ilma (c) kemm fl-art kif ukoll fl-ilma 2. Denfil huwa: (a) mammiferu (b) ħuta (c) rettili 3. Dan il-gass jinsab f'ħafna bottijiet ta' l-isprej u jagħmel ħsara lill-ambjent: (a) FCF (b) CFC (c) CFF 4. Nistgħu nużaw il-qxur tal-ħaxix u l-frott biex nagħmlu: (a) il-ħamrija (b) it-terriċċju (c) il-kompost 5. Fil-ħitan tas-sejjiegħ jgħixu : (a) il-bebbux (b) il-pitirrossi (c) iż-żrinġijiet 6. Kemm idum flixkun tal-plastik biex jiddekomponi? (a) 3 sa 5 snin (b) 6 sa 10 snin (c) qatt ma jiddekomponi 7. Il-qanfud jippreferi jiekol: (a) insetti (b) weraq (c) frott 8. Nistgħu insaħħnu l-ilma mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-ambjent billi nużaw: (a) ktieli ta' l-elettriku (b) solar heaters (c) kuker tal-gass
Risposti isfel
Risposti |
|||
|